Mara ġiet ikkundannata 34 sena ħabs talli qatlet u qattgħet biċċiet lil ħabiba tagħha, fuq kwistjoni ta’ flus.
Jemma Mitchell, ta’ 38 sena, saret l-ewwel mara fir-Renju Unit li ngħatat sentenza diretta fuq it-televiżjoni talli qatlet lil Mee Kuen Chong ta’ 67, magħrufa wkoll bħala Deborah, u remiet il-ġisem tagħha bla ras f’bosk aktar minn 200 mil bogħod f’Salcombe, Devon.
L-Imħallef iddeskriva lil Mitchell bħala “extremely devious”.
Innota li ma wriet ebda sinjal ta’ rimors u qed tiċħad dak kollu li għamlet, minkejja l-evidenza kbira kontriha.
“L-gravità tad-delitt tiegħek huwa profondament xokkanti, aktar u aktar minħabba d-devozzjoni reliġjuża li turi li għandek, u l-fatt li Deborah Chong kienet ħabiba tajba għalik,” żied jgħid l-Imħallef.
Mitchell u ommha kienu qed jgħixu f’dar f’Willesden, fil-Majjistral ta’ Londra, u kienu ġew misruqin minn ħafna mill-£230,000 li ħallsu lil żewġ bennejja biex iżidu sular ieħor mal-proprjetà.
Jemma Mitchell iffalsifikata kopja tat-testment ta’ Chong sabiex 95% tal-patrimonju ta’ £700,000 tħallew f’isimha.Hija fasslet il-pjan wara li Chong irtirat milli tagħtiha £200,000 biex tħallas għat-tiswijiet lid-dar tal-familja ta’ Mitchell, jiem qabel il-qtil.