34 persuna tilfu ħajjithom wara li matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd fl-Istati Uniti, maltempata u tromba laqtet diversi stati.
F’diveri stati, minħabba din il-maltempata, iżjed minn 250,000 dar irrappurtaw qtugħ fil-provvista tad-dawl.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fl-istat ta’ Kansas, 8 persuni sfaw vittma tal-maltempata, u iżjed minn 55 karozza nqelbu kaġun tat-tromba.
L-uffiċċju meterjoloġiku avvża lill-persuni li jgħixu f’dawn l-istati milquta biex jevakwaw minn darhom u jmorru fl-iktar post sigur sakemm il-maltempata u t-tromba jitrażżnu.