Id-Dwana kkonfiskat 338 flixkun xorb alkoħoliku, fosthom: inbid, whiskey u liquor.
Dan wara li Uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana waqqfu vann li kien ħiereġ mit-terminal tal-katamaran fi Sqallija.
Dawn il-fliexken instabu wara tfittxija li saret fil-vann u nstab li dawn ma kinux iddikjarati.
Dawn il-fliexken ġew ikkonfiskati, filwaqt li bħalissa għadha għaddejja investigazzjoni dwar dan mill-Uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana.