Matul dawn l-aħħar ħames snin, f’pajjiżna kien hawn 336 żwieġ bejn koppji tal-istess sess.
Fi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri ppreżenta statistika li turi li s-sena li għaddiet kienet waħda popolari għal dawn iż-żwiġijiet, b’total ta’ mitt żwieġ irreġistrat. Ta’ min jinnota li l-2021 u l-2020 kienu snin li matulhom kien hemm restrizzjonijiet fis-seħħ, kawża tal-pandemija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Permezz tal-emendi tal-2017 fil-Kodiċi Ċivili Malti, koppji tal-istess sess bdew igawdu mill-istess livell ta’ protezzjoni legali li jgawdu minnha koppji eterosesswali.
L-informazzjoni preżentata fil-Parlament | |
Sena | Żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess |
2018 | 65 |
2019 | 81 |
2020 | 41 |
2021 | 49 |
2022 | 100 |
Ritratt: gayguidemalta.com