Fl-ewwel sitt xhur tal-2016, tneħħew miċ-ċirkolazzjoni 331,000 karta tal-euro falza, madwar 80% ta’ dawn il-karti tal-flus kienu tal-€20 u l-€50.
In-numru ta’ karti tal-flus foloz naqsu b’25% meta kkumparat mal-aħħar sitt xhur tal-2015. It-total ta’ karti tal-flus foloz jibqa’ żgħir ħafna meta jitqabbel mal-għadd ta’ karti tal-flus tajbin.
Il-Bank Ċentrali jħeġġeġ lill-pubbliku joqgħod attent meta jiġu f’idejh karti tal-flus. Il-karti tal-flus tajbin jintgħarfu faċilment bil-metodu sempliċi “ħoss, ħares u mejjel.”