Għad-disa darba l-MITA se tkun qed tgħati l-opportunita’ lil mijiet ta’ studenti fl-ICT sabiex jiħdu esperjenza ta’ xogħol fis-settur waqt il-vaganzi tas-Sajf permezz ta’ Student Placement Programme.
Waqt attivita’ organizzata għall-istudenti, s-Segretarju Parlamentari Għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, l-Onor. Silvio Schembri ħabbar li din is-sena 329 student se jkunu qegħin jingħataw opportunita’ ta’ xogħol ma’ entitajiet tal-Gvern kif ukoll kumpaniji privati.
Is-Segretarju Parlamentari Schembri qal li dan il-programm qed isir bil-għan sabiex studenti fil-qasam tal-ICT jingħataw esperjenza ta’ xogħol ‘hands-on’ permezz t’ impjieg bi ħlas. Madwar 95 –il entita’ pubblika u privata qed jipparteċipaw f’ dan il-programm billi jofru impjieg fil-qasam tal-ICT lil dawn l-istudenti, bil-Gvern iħallas 50% tal-pagi tal-istudenti fis-settur privat u 100% tal-pagi tal-istudenti impjegati fis-settur pubbliku. L-Onor. Schembri qal ukoll li għalkemm l-istatistika turi li Malta għanda l-għola rata ta’ gradwati fis-settur tal-ICT, għalih dan ma kienx biżejjed u sostna li l-Gvern kien se jkompli b’ ħidma akbar sabiex aktar studenti jgħażlu karriera fl-ICT.
“Inħeġġiġkom sabiex tiħdu l-opportunitajiet kollha mogħtija lilkom u tkomplu titħarġu fil-qasam tal-ICT, fejn ma tiqfux tistudjaw iżda tkomplu tispeċjaliżżaw f’ diversi oqsma ta’ dan is-settur. Malta għanda bzonnkom sabiex inkomplu niksbu suċċess permezz tat-tkabbir fl-ekonomija diġitali tagħna.”, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Schembri
Ic-Chairman tal-MITA Tony Sultana awgura lil-istudenti li se jkunu qed jiħdu din l-esperjenza matul il-vaganzi tas-sajf. Huwa qal li kull student se jingħata massimu ta’ 330 sija ta’ xogħol fuq perjodu ta’ 11 –il ġimgħa, fejn l-istudenti jaħdmu medja ta’ 30 sija fil-ġimgħa. Is-Sur Sultana qal li dan il-programm huwa mmirat sabiex permezz tal-MITA, l-Gvern jħajjar lil aktar studenti jgħażlu l-qasam tal-ICT għall-kariera tagħhom u jidħlu fid-dinja tax-xogħol aktar preparati. Huwa għalaq id-diskors tiegħu billi aċċenna għall-bżonn li ssir ħidma akbar sabiex aktar studenti nisa jidħlu għall-karriera fil-qasam tal-ICT.