140 artist se jingħaqdu flimkien sabiex itellgħu kunċert għall-Milied b’risq l-Istrina.
Il-Mużika Tgħaqqadna huwa l-kunċert għall-familja kollha u li se jara s-sehem ta’ 33 soċjetajiet mużikali Maltin b’bandisti, żeffiena u anke koristi se jagħtu spettakklu b’mod volontarju.
Id-dħul kollu se jkun għall-Malta Community Chest Fund, l-MCCF.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-President ta’ Malta Dr George Vella li appella konkorrenza tal-pubbliku biex ilkoll ngħinu l-MCCF li matul is-sena tkun ta’ refuġju għal bosta familji Maltin li jitolbu l-għajnuna, fost oħrajn biex jinxtraw mediċina għall-persuni bil-kanċer.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda, Dr Noel Camilleri qal li dan il-kunċert, li ħa jsir għall-ewwel darba, kien xewqa tal-President Vella nnifsu. Dan se jkun kunċert movumentat bil-mużika se tindaqq mill-bandisti lokali akkumpanjati minn żwffiena u koristi.
Il-kunċert se jsir nhar il-21 ta’ Diċembru fit-8.00 ta’ filgħaxija, l-MFCC Ta’ Qali. Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit showshappening.com