Bombi suwiċida u persuni armati b’armi tan-nar daħlu f’ċentru tat-taħriġ tal-Pulizija fil-belt Gardez fl-Afganistan u qatlu 33 persuna.
Madwar 160 peruna oħra ndarbu waqt l-attakk. L-attakk seħħ meta persuna sploda lilu nnifsu f’vettura mimlija splussiv qrib iċ-ċentru tat-taħriġ, fejn minn hemm beda it-tieni attakk.
L-ammont ta’ persuni midruba u mejta mistenni jiżdied.
Uffiċjali sostnew li nqatlu minn tal-inqas sitt aggressuri minn forzi tas-sigurta’ fuq il-post.
Fost il-vittmi hemm nisa, tfal u Pulizija.