Fil-Pakistan, aktar minn 1,200 ruħ tilfu ħajjithom kawża tal-għargħar li ħakem il-pajjiż.
Hu mistenni li l-pajjiż jintlaqat minn aktar xita.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan l-għargħar ħalla l-impatt tiegħu fuq madwar 33 miljun ruħ; 1 minn kull 7 Pakistani.
Barra minn hekk, dan l-għargħar qed iwassal għal mard kawża ta’ ilma ikkontaminat.
Qed jintużaw anke ħelikopters bħala parti mill-operazzjonijiet ta’ salvataġġ.
Dan l-għagħrar, li ilu għaddej minn Ġunju, aktarx hu kawża tat-tibdil fil-klima.
Bosta pajjiżi qed jagħtu l-għajnuna tagħhom u l-Prim Ministru tal-pajjiż żar iż-żoni l-aktar milquta.
Il-Pakistan u l-Ġnus Magħquda għamlu talba għal 138 miljun dollaru f’fondi ta’ emerġenza.