Xarabank li kienet qed iġġorr ħamsin persuna waqgħet minn fuq pont fit-Tramuntana tal-Indja u b’konsegwenza t’ hekk, mietu tlieta u tletin persuna.
Il-vettura, li hemm rapporti li qed jgħidu li kienet qed tinstaq minn persuna ta’ sittax-il sena, tilfet il-kontroll u kissret railing qabel ma waqgħet għoli ta’ tletin metru fix-Xmara Banas.
Din kienet qed iġġorr persuni lejn tempju tal-Hindu fid-distrett Sawai Madhopur.
Ħafna mill-iġsma ġew rikoverati filwaqt li dawk feruti ttieħdu fi sptarijiet lokali.