B’ investiment ta’ €8 miljun ewro, l- Malta Public Transport żiedet il-flotta tal-karozzi tal-linja b’33 trakk gdid. B’ hekk b’kollox se jkun hawn 400 karozza tal linja.
B’differenza minn dawk li diġa hawn, dawn ġodda huma 12-il metru twal, jiġifieri 3 metri itwal minn dawk preċedenti. Dan ifisser li jifilħu aktar passiġġieri.
Waqt it tnedija tal-karozzi tal-linja ġodda, intqal li b’din iż-żieda, Malta għandha flotta ta’ karozzi tal-linja b’eta’ medja zgħira, dan ifisser li huma relattivament ġodda meta kkumparat ma pajjiżi oħra.