F’pajjizna hawn mal-3,244 infermier li jagħtu s-servizz lill-pazjenti u anzjani li jkun qegħdin rikoverati fl-isptar Mater Dei, l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Monte Karmeli, San Vinċenz De Paul, djar tal-anzjani u sptarijiet privati.
Fl-aħħar ħames snin, l-għadd ta’ infermiera fis-settur pubbliku żdied b’525.
Madankollu, xorta jiqba’ l-bżonn ta’ iktar infermiera, bil-Ministru għas-saħħa u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li hemm bżonn 250 infermier ieħor.
Din is-sena mill-Universita ta’ Malta se jiggradwaw mal-mitejn infermier u mill-MCAST se jiggradwaw tlettin il-infermier ieħor.
Il-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, Maria Cutajar kellha kliem pozittiv għal vizjoni tal-gvern fil-qasam tas-saħħa.
Madankollu tenniet l-appell tagħha sabiex aktar żgħażagħ jagħżlu l-karriera ta’ infermier. Karriera li tagħti ħafna sodisfazzjon u li tgħin lill-pazjenti fi żmien diffiċli.