Tnejn u tletin uffiċjal mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u kelb li jgħin f’ħidma ta’ salvataġġ, waslu f’Elazig fit-Turkija, biex jagħtu sehemhom fil-ġlieda kontra l-ħin li tinsab għaddejja, bit-tama li jinstabu aktar nies ħajjin qalb it-tifrik li ħallew it-terremoti qawwija tal-bieraħ fit-Turkija u fis-Sirja.
Huma jinsabu fi triqithom lejn iż-żona fejn hemm l-aktar tifrik, fi vjaġġ ta’ madwar siegħa u nofs.
Din hija l-ewwel darba li uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru f’operazzjoni barra ’l pajjiż biex isalvaw lin-nies.
Pajjiżna se jkun qed jipprovdi anki għajnuna finanzjarja lit-Turkija.