Il-Pulizija ressqet l-akkużi fil-konfront ta’ 32 uffiċjal mis-sezzjoni tat-Traffiku wara 4 xhur ta’ investigazzjonijiet u inkjesta Maġisterjali dwar allegat abbuż fis-sahra f’din it-taqsima.
Il-Pulizija fi stqarrija qalet li qed tixli lil dawn it-32 uffiċjal bi frodi u kompliċità fi frodi u qed takkużahom ukoll li għamlu dikjarazzjonijiet foloz u b’kompliċità ta’ dikjarazzjonijiet foloz.
Fil-jiem li ġejjin il-Pulizija se tkun qed tippreżenta akkużi fil-konfront ta’ aktar persuni.
Il-kawżi fil-konfront ta’ dawn il-persuni se jibdew jinstemgħu fil-jiem li ġejjin, wara li l-Qorti tassenji liema Maġistrat se jisma’ jew jisimgħu l-kawżi.