Minn tal-inqas tnejn u tletin persuna mietu filwaqt li għexieren weġġgħu wara li ferrovija ħarġet mill-binarji fl-istat Indjan ta’ Andhra Pradesh.
Disa’ vaguni u l-magna inqalgħu minn posthom viċin l-istazzjon ta’ Kuneru fid-distrett Vizianagaram. Dan intqal mill-kap tal-East Coast Railway.
Bosta persuni għadhom maqbuda fit-tifrik u ħaddiema tas-salvataġġ avżaw li n-numru ta’ nies mejta jista jikber. Għadu mhux magħruf x’ikkawża dan l-inċident. Dawk feruti ttieħdu f’żewġ sptarijiet fil-viċin.