Mietu minn tal-inqas 32 persuna f’żewġ inċidenti tat-traffiku fit-Turkija.
Fl-ewwel inċident, li seħħ is-Sibt filgħodu, jidher li xarabank baqa’ dieħel f’ħaddiema ta’ salvataġġ u ġurnalisti li kienu qed jirrapportaw f’inċident tat-traffiku li kien seħħ ftit qabel. Fost dawk li mietu kien hemm ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, infermiera u ġurnalisti.
Ftit sigħat wara, f’inċident li seħħ 250km ‘il bogħod mill-ewwel inċident li matulu inqatlu 16-il persuna.
Ma kien hemm l-ebda konnessjoni bejn iż-żewġ inċidenti.