L-Iskema ta’ Finanzjament Artistiku għall-għaqdiet tal-armar tal-festi, għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali bbenefikaw minnha 31 organizazzjoni.
Bil-għan li tingħata għajnuna lil volontarji li tant jaħdmu matul is-sema, €180,000 ġew investiti f’organizzazzjonijet volontarji marbuta mal-festi Maltin. Dawn il-fondi qed jgħinu biex ikun hemm aktar trawwim, tisħiħ u ħarsien tat-tradizzjonijiet tal-arti u tal-armar fil-festi.
Kull benefiċjarju seta jikseb finanzjament massimu ta’ €10,000 għal kull proġett.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, irringrazzja lil dawn l-assoċjazzjonijiet tax-xogħol siewi fl-armar tal-festi. Huwa qal li skema bħal din tgħin fil-kultura u fil-futur tal-Maltin u tal-Għawdxin.
Id-Direttur tal-Fpndi u Strateġija Mary Ann Cauchi qalet li din l-iskema tgħin lil organizzazzjonijiet billi jkomplu jaħdmu qatigħ għal festa.
Il-benefiċjarji ta’ din l-iskema huma organizzazzjonijiet volontarji rreġistrati mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji.