31 persuna sfaw mejta u 10 oħra ndarbu wara li karozza tal-linja nqalbet u waqgħet minn fuq pont fil-Mali.
Il-karozza tal-linja kienet fi triqitha lejn ir-raħal ta’ Burkina Faso mill-belt ta’ Kenieba.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar meta x-xufier għadda minn fuq il-pont li jaqsam ix-xmara Bagoe u tilef il-kontroll tal-vettura.
Stqarrija li ħarġet mill-Ministeru tat-Trasport qalet li l-maġġoranza tal-vittmi kienu minn pajjiżi mill-Punent tal-Afrika.
Fil-Mali, l-inċidenti tat-traffiku huwa komuni ħafna minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena li jinsabu fihom it-toroq u l-vetturi.
Fil-fatt aktar kmieni dan ix-xahar 15-il persuna mietu u 46 ndarbu wara li karozza tal-linja oħra kienet fi triqitha lejn il-belt kapitali Bamako u ħabtet ma’ trakk.