Aktar minn 30 ruħ tilfu ħajjithom filwaqt li aktar minn 200 għadhom irrappurtati nieqsa kawża tan-nirien kbar li ħakmu lill-Istat Amerikan ta’ Kalifornja.
Konsegwentament, aktar minn 250,000 ruħ kellhom jevakwaw djarhom biex jevitaw li jinqabdu f’dawn in-nirien kbar.
Il-Gvernatur tal-Istat Jerry Brown appella lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump sabiex jiddikjara diżastru maġġuri, dan hekk kif minħabba l-qawwa ta’ riefnu li hemm, dan qiegħed iwassal sabiex ikomplu jinxterdu n-nierien.
Dan l-appell sar jum biss wara li Trump hedded li se jaqta’ l-fondi għall-Kalifornja, dan hekk kif skont hu, in-nirien ġew ikkawżati minħabba nuqqas ta’ tmexxija tajba f’dak kollu li għandu x’jaqsam maż-żamma tal-foresti.