In-numru ta’ nies ikkonfermati mejta fin-nirien li qed jaħkmu fit-Tramuntana ta’ Kalifornja tela għal wieħed u tletin, hekk kif l-uffiċjali avżaw li l-kundizzjonijiet jafu jigravaw.
Mijiet ta’ nies għadhom nieqsa hekk kif minn tal-inqas tnejn u għoxrin nar separat qed jaħkmu l-iktar żona famuża tal-inbid fl-istess stat. Iktar minn tmint elef ħaddiem tat-tifi tan-nar qed jagħmlu ħilithom biex jikkontrollaw in-nirien.
Kawża ta’ dan, inqerdu iktar minn tlett elef u ħames mitt binja w dar flimkien ma’ tmienja u sittin elf u tmien mitt ettaru t’ art.
Ħamsa u għoxrin elf persuna kellhom jiċċaqilqu minn darhom.