Sas-Sibt filgħodu, 300,000 Malti u Għawdxi ħadu minn tal-anqas tilqima waħda tal-vaċċin kontra l-COVID-19.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne permezz ta’ tweet ppubblikata s-Sibt filgħodu.
Pajjiżna bħalissa għandu l-aqwa rati ta’ vaċċinazzjoni fid-dinja fejn sal-bulettin mediku tal-bieraħ f’pajjiżna b’kollox kienu ngħataw 453,711 doża u kellna 164,113 persuna li tlaqqmu kompletament.