Fl-ewwel 24 siegħa minndu tnedew it-tieni rawnd ta’ vouchers, 30,000 persuna persuna niżlu l-vouchers tal-€100 b’mod diġitali permezz tal-app.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri fuq il-midja soċjali.
Dan wara li l-Ħamis li għadda, f’konferenza tal-aħbarijiet tħabbar kif din it-tieni skema se tkun qed tiswa lill-Gvern €50 miljun li huma mmirati li jżidu l-konsum fl-ekonomija.
Fuq il-midja soċjali, il-Ministru Schembri qal kif huwa kuntent b’dan ir-rispons li qed juri l-pubbliku.
Dawn il-vouchers li se jibdew jissarfu mis-7 ta’ Ġunju li ġej, se jkunu maqsuma f’erba’ vouchers ta’ €15 li jammontaw għal €60 u erba’ vouchers oħra ta’ €10.
Dawk li ma jniżżlux il-vouchers online sal-4 ta’ Ġunju, se jkunu qed jintbagħtulhom b’posta rreġistrata ġaladarba jitlesta l-proċess ta’ vertifika minn fuq is-sit.