Il-Prim Ministu Awstraljan, Scott Morrison, ħabbar li madwar tlett elef suldati se jkunu qed jgħinu biex jiġu kkontrollati n-nirien li ħakmu lill-pajjiż.
Il-Ministru tad-Difiża Linda Reynolds spjegat kif din hi l-ewwel darba li ttieħde deċiżjoni bħal din fl-istorja tal-pajjiż. Temperaturi mistennija jitilgħu sa’ erbgħin grad celsius f’ċertu żoni fl-Awstralja, fejn qed isejħu dawn il-jiem bħala perikolużi ferm.
In-nirien bdew lura f’Settmbru fejn s’issa tilfu ħajjithom tlieta u għoxrin persuna, u miljuni ta’ annimali.