Tliet mitt student Russu se jkunu qed jiġu jistudjaw f’Malta wara ftehim iffirmat bejn il-kumpanija Maltija Domain Accademy u Università Russa.
Din hija l-ewwel aħbar mir-Russja f’jum fejn hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat u delegazzjoni ta’ imprendituri li għandhom l-għan jesploraw il-possibbiltajiet ta’ iktar negozju bejn iż-żewġ naħat.
Fil-fatt, il-ftehim f’Moska kien iffirmat fil-preżenza tal-Prim Ministru. L-istudenti se jiġu Malta fl-2018 wara li n-National Research University tar-Russja għażlet lill-pajjiżna għal korsijiet ta’ livell għoli. Korsijiet li ġew Malta anke jekk fit-taqtiegħa kien hemm pajjiżi oħra Ewropej.