Il-Ministru Emanuel Mallia, responsabbli għall-kompetittività u ekonomija diġitali, marittima u tas-servizzi, qal li skont id-Digital Economy and Society Index, ippublikat mill-Kummissjoni Ewropea, din is-sena, l-ekonomija diġitali Maltija żviluppat b’pass aktar mgħaġġel minn dik tal-pajjiżi Ewrpopej minn ras għal ras.
Dan l-iżvilupp kien daqs dak tal-Ġermanja u lp-Olanda u jixhed kemm il-gvern huwa kommess li jinvesti fl-ekonomija diġitali.
Meta kien qed jagħlaq id-diskussjoni fil-parlament dwar il-voti tal-ministeru tiegħu, Mallia qal li l-Awtorità tal-Kommunikazzjoni matul is-sena li għaddiet introduċiet għadd ta’ inizjattivi biex nies f’kull firxa tas-soċjetà jkunu kompetenti f’dan il-qasam. Il-coding – jew kitba tal-programmi tal-kompjuters, ġie introdott fl-iskejjel.
Bħalissa f’Malta hawn 265 post li joffri s-servizz tal-Wi-Fi b’xejn u dawn mistennija jiżdiedu għal 300 sa l-aħħar tas-sena.
L-awtorità qed tiġbor lil dawk interessati f’dan il-qasam biex jaraw kif Maltav tista’ tattira investiment barrani u biex tidentifika strutturi legali li jeħtieġ jiġu żviluppati.
Konnessjoni ta’ fibre-optic bejn malta u marsilja tevita li Malta tkun dipendenti totalment fuq Sqallija.
L-Awtorià Maltija tal-Logħob qed tkompli zzomm lil Malta kompetittiva u qed isiru studji biex jidentifikae ir-riskji tal-logħob. Flimkien mal-Financial Intelligence Analysis Unit (l-FIAU), l-awtorità qed tħares ir-regolamenti kollha beix ma jsirx il-ħasil illegali ta’ flus.
Ħabbar li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kien hemm 94 applikazzjoni fil-qasam tal-gaming. Aktar minn nofshom saru minn applikanti ġodda. Il-Gvern daħħal €41 miljun mit-taxxa, żieda ta’ tliets fil-mija.