Fl-aħħar ġimgħa aktar minn 850 vettura twaqqfu għall-għarrieda fit-toroq Maltin mill-Pulizija waqt 25 spot check li jsiru regolarment mill-Pulizija f’diversi nħawi f’Malta u Għawdex. Minn dan l-eżerċizzju l-Pulizija sabet aktar minn 300 mitt każ fejn kienet qed tinkiser il-liġi.
L-iktar każijiet li sabu l-pulizija kienu jinkludu l-użu tal-mowbajl waqt is-sewqan, sewwieqa li jkunu taħt l-effett ta’ xorb u jkunu pożittivi għall-alkoħol wara li jsirilhom it-test tax-xorb.
Kien hemm irregolaritajiet oħra fejn sewwieqa u passiġġieri ma jkunux lebsin ċinturin tas-sigurtà u karozzi li ma jkollhomx il-liċenzja jew polza tal-assikurazzjoni. F’xi wħud mill-każijiet, ix-xufiera jew il-passiġġiera ngħataw ċitazzjoni.
Kien hemm każ partikolari fejn xufier instab li kellu fil-karozza tiegħu xi sustanzi illeċiti. Dwar dan il-kaz il-pulizija għaddejjin b’iktar investigazzjonijiet.