Darren Brincat ta’ 43 sena ntbagħat 30 xahar ħabs wara li ammetta li seraq fwieħa minn ħanut f’Ħal Qormi u li pprova jisraq minn ħanut tal-merċa.
Huwa ġie mixli li fis-6 ta’ Awwissu fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, allegatament pprova jisraq minn ħanut tal-merċa f’Ħal Qormi wkoll. Ġie akkużat ukoll li żamm persuna kontra l-volonta tagħha, li heddidha bil-ġebel iżda ma weġġagħhiex u li hu riċediv.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella qieset l-fedina penali tiegħu u li kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija.
Wara li semgħet is-sottomisjonijiet il-Qorti kkundannat lil Brincat 30 xahar ħabs u tpoġġa taħtordni ta’ trattament għal ħames snin biex jindirizza l-problema tad-droga li għandu.