Marokkina ta’ 41 sena li serqet madwar €6,000 weħlet 30 xahar ħabs, f’sentenza li ta l-Maġistrat Joe Mifsud.
Fost oħrajn il-mara tressqet akkużata b’serqa ta’ €282 fi flus ilbieraħ, serq li jlaħħaq l-€4,000 f’Ġunju li għadda u €2,420 fi flus u ġojjelerija f’Ottubru tas-sena l-oħra.
L-aħħar żewġ każi kienu minn appartamenti. Din mhix l-ewwel darba li Meriam Abdussalam Mouaddea xellfet difrejha mal-liġi, għax f’Diċembru 2014 intbagħtet tliet xhur ħabs wara li serqet minn appartament ta’ ħbieb tagħha. Il-vittmi kollha tagħha huma Afrikani.
Il-Maġistrat Mifsud fakkar li l-Marokkina m’għandhiex protezzjoni ta’ refuġjat u tenna li ċittadini bħalha li jiġu hawn u ma josservawx il-liġi għandhom jintbagħtu lura.