Abdoul Moumine Abdoulaye Maiga ta’ sitta u tletin sena minn Niger ingħata sentenza ta’ tletin xahar ħabs wara li ffroda ħmistax-il elf ewro lil mara Spanjola bl-hekk imsejħa ‘black money scam’.
Fl-elfejn u ħmistax ir-raġel iltaqa’ mal-Ispanjola Miriam Rodriguez Guintero, fejn issuġġerielha dan il-mod illegali kif tagħmel kemxa tajba.
Però wara li r-raġel minn Niger ħadilha ħmistax-il elf ewro biex tidħol parti mis-sistema tiegħu, ir-raġel għeb. Hawn għamlet rapport lill-Pulizija.
Ir-raġel ġie arrestat u ntbagħat il-ħabs, però ma ntlaqatx it-talba tal-mara li tiġi kkumpensata l-flus li tilfet. Dan hekk kif hi stess ammettiet li l-flus kienet tathomlu bl-intenzjoni ta’ ffalsifikar.