Fortunatament ħadd ma weġġa f’inċident fejn blokka ta’ madwar 30 tunnellata ta’ konkos waqgħet minn fuq trailer fi Triq Kordin f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar hekk if it-trailer kien qed jinstaq fid-direzzjoni ta’ baċir numru sebgħa. Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija tad-distrett ta’ Raħal Ġdid kif ukoll tat-traffiku fejn għalqu ż-żona għat-traffiku. L-impatt tal-istess blokka li allegatament tintuża fil-ġaġġeġ tat-tonn saru xi ħsarat fl-imsemmija triq u kif ukoll intlaqat main tal-ilma.
Fuq il-post issejħu uffiċċjali mid-Dipartiment għas-Saħħa u Sigurta fuq il-post tax-xogħol fejn ġiet ordnata inkjesta Maġisterjali.
Aktar dettalji kif jaslulna.