Sa nhar il-Ħadd li ġej is-sbuħija ta’ Malta se tkun irreklamata madwar id-dinja permezz tar-Radju. Dan waqt il-Festival Internazzjonali tar-Radju li huwa ċelebrazzjoni ta’ mużika mxandra madwar id-dinja. Dan il-festival qed ixandar lil madwar mitt miljun semmiegħ madwar id-dinja bis-sehem ta’ tletin stazzjon fosthom wħud mill-iktar stazzjonijiet tar-radju popolari bħal BBC Radio 1, BBC Radio Extra, PRIDE, KISS FM U RAI.
Bosta artisti u parteċipanti li qiegħdin f’pajjiżna bis-saħħa ta’ dan il-festival ma kellhom xejn għajr kliem ta’ tifħir għal Malta. Dawn filwaqt li saħqu kif sal-Ħadd il-mitt miljun semmiegħ madwar id-dinja mhu se jisma fuq xejn għajr pajjiżna.
“We will be broadcasting till Sunday and we are going to be reaching over a hundred million listeners and all those listeners are going to be hearing about is Malta. Malta, Malta, Malta. They’re going to be sharing their experiences. They’re going to be telling everyone what we’re doing. Telling everyone about Valletta.”
“I’m very excited to be here. I’ve never been here before and the kind of city that I’m watching is Valletta, it almost feels like I’m walking on the sets of Game of Thrones.
“My first impression is that it is an incredibly beautiful country. Obviously I have only seen Valletta and I’m overwhelmed with its’ historic value, the looks of it and also the people have all been very gracious and very nice.”
Il-Ministru Konrad Mizzi li kien preżenti għall-ftuħ tal-Festival stqarr li promozzjoni bħal din għall-pajjiżna hija ta’ importanza kbira.
“Dawn il-world class anchors tar-radju qed isiru jafu l-kultura tagħna u qed jitkellmu dwarha. Din hija t-tip ta’ vibe li qed nippruvaw noħolqu madwar id-dinja dwar Malta fejn iktar nies qed isiru jafu dwarna u Malta qed issir hub fil-Mediterran għan-negozju għat-turiżmu u għall-kummerċ.”