Mexxej ta’ grupp tar-ribelli fil-Congo ngħata s-sentenza ta’ 30 sena ħabs għal każijiet kontra l-umanità fil-gwerra.
Nies li kienu leali għat-tmexxija ta’ Bosco Ntaganda wettqu massakri makabri fuq nies bla ħtija.
Ir-raġel, li qed ikun imlaqqam bħala “Terminator”, deher quddiem il-Qorti akkużat bi 18-il att ta’ akkuża fosthom qtil, stupru, skjavitù sesswali, u l-użu ta’ tfal bħala suldati.
Din is-sentenza hija l-itwal waħda mogħtija mill-Qorti Kriminali Internazzjonali.
Ritratt: Getty Images