Għaddew tletin sena eżatt mid-diżgrazzja ta’ Lockerbie, bi qraba tal-mitejn u sebgħin vittma mistennija jfakkru l-anniversarju b’ċeremonji żgħar fl-Iskozja u fl-Istati Uniti.
Il-każ li għandu wkoll rabta mill-qrib ta’ Malta seħħ fil-21 ta’ Diċembru tal-1988 meta splużjoni kbira ġarrfet l-ajruplan tal-Pan AM fuq il-belt Skoċċiża ta’ Lockerbie.
Il-passiġġiera kollha abbord, mitejn disa’ u ħamsin tilfu ħajjithom u mietu wkoll 11-il ruħ fl-art.
F’Jannar tal-elfejn u wieħed, Al Megrahi wieħed miż-żewġ Libjani suspettati li wettqu l-attakk, intbagħat għomru l-ħabs. Fhimah, il-Libjan l-ieħor mixli bl-attakk, ma nstabx ħati.
F’Marzu ta’ sena wara, Al Megrahi tilef l-appell li fetaħ kontra s-sentenza ta’ għomor il-ħabs.
F’Ottubru tal-2008, tħabbar al Megrahi kien qiegħed ibati minn kanċer terminali biex f’Awwissu ta’ sena wara, il-Qorti Skoċċiża ħabbret li al Megrahi seta’ jinħeles mill-ħabs fuq bażi umanitarja. Huwa miet f’Mejju ta’ sentejn wara fil-Libja.