30 sena ilu twaqqa’ darba għall-dejjem il-ħajt ta’ Berlin, il-barriera li kienet qed tifred l-Lvant mill-Punent tal-Kapitali Ġermaniża.
Il-Ħajt tal-konrit inbena wara t-tieni gwerra dinjija biex iwaqqaf lin-nies tal-Lvant milli jiċċaqalqu lejn il-punent ta’ Berlin.
L-Lvant kien okkupat mill-Unjoni Sovjetika filwaqt li n-naħħa l-oħra tal-ħajt kien qed jitmexxa minn awtoritajiet demokratiċi tal-Punent.
Dan il-ħajt ra l-imwiet ta’ għexieren ta’ persuni li ppruvaw jaħarbu min-naħa għal oħra biex isibu ħajja aħjar, hekk kif il-forzi tal-Lvant kienu ordnati biex jiftħu n-nar fuq kull min jipprova jaqsam il-ħajt.
Iżda kien id-9 ta’ Novembru tal-1989 li kelliem għall-istat sovjetiku, quddiem eluf ta’ nies, ħabbar li l-ħajt li kien qed jifred miljuni ta’ nies kien ser jinfetaħ f’dik il-lejla stess, aħbar li ntlaqgħet b’ċapċip, għajjat, ferħ u ċelebrazzjonijiet kbar fil-kapitali Ġermaniża.