Tletin sena ilu, id-dinja ma baqgħetx li kienet, tilef artist kbir.
Freddie Mercury, il-kantant tal-grupp Queen kien miet f’daru f’Londra wara snin marid bl-Aids. nħasdet bil-mewt tal-artist u kantant tal-grupp Queen, Freddie Mercury.
Tletin sena minn mewtu l-marka li ħalla Mercury baqgħet hemm.
Kien biss erbgħa u għoxrin qabel ma ħa l-aħħar nifs, li ħareġ stqarrija uffiċjali li kien marid.
Mercury ma kienx l-istess persuna tal-palk, fil-ħajja personali.
Qatt ma ried juri x’inhu għaddej f’ħajtu barra x-xena tal-ispettaklu.
Fl-24 ta’ Novemberu tal-1991, Mercury miet imdawwar minn dawk l-aktar qrib tiegħu, fosthom Mary Austin, l-eks sieħba li kellu u li anki jekk ħalliha minħabba l-orjentazzjoni sesswali tiegu, baqa’ jirrispettaha.
Fil-fatt kienet Austin li tat l-aħbar lill-ġenituri u oħt Mercury, li miet fl-età ta’ 45 sena.
F’dan l-anniversarju, ONE News tkellem ma’ Joe Bundy u Joe Tanti, li rrakkontaw kif fiż-żgħożija tagħhom, ftakkru l-grupp Queen jitwieled u jikber.
Dwar Freddie Mercury, qalu li dan mhux dejjem kien stmat għall-bniedem b’talent li verament hu.
Qal, “Niftakar stejjer bħal meta Brian May qal li ma jistax ikollna kantant bi snienu bħal m’għandu Freddie Mercury. Kien hemm żmien fejn ma kienx aċċettat anke minħabba l-orjentazzjoni sesswali tiegħu.”
Joe Tanti, awtorità meta jitkellem fuq il-mużika, jisħaq li Freddie Mercury stabilixxa lilu nnifsu bħala wieħed mill-aqwa mużiċisti ta’ żmienu.
Spjega, “Tliet mitt miljun bejgħ ta’ albums wara, rekord dinji bħal ‘Bohemian Rhapsody’ u ‘We Are the Champions’, li spiċċaw fil-Guinness Book of Records. Queen damu iżjed fiċ-charts mill-Beatles. Jiġifieri, x’kien hu, jibqa’ frontman uniku.”
Tul il-karriera tiegħu, Freddie Mercury ġibed l-attenzjoni ta’ miljuni permezz tal-leħen tad-deheb tiegħu u anke l-kitba ta’ kanzunetti li ma jmutu qatt, bħala ‘We Will Rock You’.
Sas-snin tmenin, Queen saru grupp famuż mad-dinja kollha u fl-elf disa’ mija ħamsa u tmenin, taw wieħed mill-aktar spettakli famużi f’Live Aid.
Illum John Bundy jgħid li l-għatx għal Queen baqa’, anki tletin sena wara mewt Freddie Mercury.
Qal, “Wara l-mewt tiegħu kważi kważi nistgħu ngħidu li rduppjaw fil-popolarità l-Queen. Bħal ma jiġri dejjem, inti tinduna x’għandek meta tkun tliftu oġġett, meta spiċċa Freddie Mercury, id-dinja mużikali sofriet telfa kbira.”
Magħruf għall-vuċi partikolari tiegħu li titla’ erba’ ottavi, il-mużika tiegħu tibqa’ popolari anki fost dawk li twieldu wara mewtu u ma daqux imqar farka mit-talen tiegħu meta kien ħaj.
Freddie Mercury il-kantant li ta pjaċir lil bosta u llum tletin sena wara li ħalliena għadu jpaxxi lin-nies bil-memorja tiegħu.