Il-ħaddiema tas-salvataġġ fil-Ġappun komplew bl-operazzjoni delikata sabiex isalvaw aktar nies minn taħt it-tifrik li ħalla t-terremot u li s’issa ħasad il-ħajja ta’ tletin persuna.
Dan it-terremot ta’ sebgħa punt sitta fuq l-iskala Richter kkawża ħafna ħsarat estensivi.
Il-Prim Ministru tal-Ġappun, Fumio Kishida spjega li madwar elf persuna qed jgħinu fit-tfittxijiet għal persuni li jaħsbu li nqabdu taħt it-terrapien.
Il-militar Ġappuniż qed iqassam ukoll provvisti tal-ikel u kutri lil dawk li kellhom jevakwaw minn darhom.
It-Tlieta l-awtoritajiet Ġappuniżi ħarġu wkoll twissija dwar possibilità ta’ tsunami li seta’ jkun għoli sa ħames metri però dawk l-avviżi issa tneħħew.
Il-President Amerikan Joe Biden qal li l-Istati Uniti hua lesta li tipprovdi kwalunkwe għajnuna meħtieġa.