Tlett agressuri suwiċida nisa wettqu attakk li qatel minn tal-inqas 30 persuna fil-Grigal tan-Niġerja.
Għexieren sfaw feruti meta n-nisa splodew lilhom infushom quddiem kamp tar-refuġjati viċin Maiduguri fl-istat Borno, li huwa fortizza tal-grupp militanti Iżlamista Boko Haram.
Ingħad li l-ewwel mara splodiet lilha nnifisha viċin il-kamp, li wassal għal ħafna paniku.
In-nies bdew jagħlqu l-ħwienet tagħhom meta ż-żewġ nisa l-oħra splodew lilhom infushom, u kkawżaw iktar fatalitajiet.