Il-Ġimgħa filgħodu, komplew l-ispezzjonijiet immexxija mill-Pulizija, bl-assistenza tal-uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni.
Dan b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Illum biss, instabu 30 persuna li minnufih ittieħdu f’ċentru tad-detenzjoni biex jibda proċess ta’ ritorn immedjat, bl-istess mod li ġew imneħħija mill-pajjiż dawk kollha li ġew arrestati fl-ahhar ġimgħat u xhur.
Din il-ħidma kontra l-immigrazzjoni se tkun qed titkompla fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.