Uffuċjalment tibda l-isfida Re/MAX Alive 2019 Cycling Challenge for Cancer. Grupp ta’ 30 ċiklist flimkien ma’ żewg terapisti u fotografu bdew il-vjaġġ taghhom lejn Oslo.
Min hemm ser jibdew jaqdfu madwar 200km kuljum biex jgħaddu minn diversi irħula u Bliet fin-Norveġja, Danimarka, Ġermanja u Olanda biex finalment jaslu ġewwa Amsterdam. B’kollox ser jaqdfu 1,300km bl-għan prinċipali jkun li jiġbru fondi għar-riċerka tal-kanċer fl-Università ta’ Malta.