Ingliż ta’ 36 sena li jinsab Malta fuq btala, ingħata sentenza ta’ 3 xhur ħabs, wara li ammetta li nstab fil-pussess tad-droga kokaina, nhar is-16 ta’ Ġunju f’Paceville.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif wara li l-Pulizija ġiet infurmata b’suspett, irrealizzaw li kien qed jagħmel xi movimenti strambi bix-shorts, fejn aktar tard irriżulta li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina mal-parti privata tiegħu.
Minn tfittxija li saret fil-kamra tal-lukanda li kien qed joqgħod fiha, instabu wkoll aktar sustanzi tal-kokaina, kif ukoll apparat relatat.
Il-Qorti ordnat li d-droga tiġi meqruda, u jinġabar l-apparat.