Ihor Cardaci ntbagħat tliet snin ħabs wara 13-il akkuża miġjuba kontrih.
Fl-ammissjoni tiegħu, Cardaci stqarr li wettaq dawn għadd ta’serqiet sabiex ikun jista’ jmantni lil oħtu fl-Ukrajna.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, qieset li Cardaci wera kooperazzjoni mal-awtoritajiet investigattivi u li rrikonoxxa l-iżball tiegħu li, saħaq, sar biex imantni lil oħtu fl-Ukrajna.
Huwa ġie ordnat ukoll iħallas €1,820 fi spejjeż u tpoġġa taħt ordni ta’ trattament għal sena biex jegħleb il-vizzju tax-xorb.