Awtoritajiet Taljani ħabbru li 3 persuni mietu u 6 persuni għadhom mfittxija minħabba splużjoni tal-gass fir-Raħal Siċiljan ta’ Ravanusa.
Kawża ta’ din l-isplużjoni waqgħu diversi residenzi fosthom żewġ blokok ta’ appartamenti li fihom joqogħdu 11,000 persuna.
F’Ravanusa waslu mitejn u ħamsin persuna biex jgħinu fl-operazzjoni ta’ salvataġġ iżda fil-bidu jidher li l-ħruġ tal-gass wassal għal xi problemi biex tibda din l-operazzjoni.
Bħalissa, uffiċjali mid-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar għaddejjin bi tfittxijiet għal dawk li salvaw f’dan l-inċident. Filfatt żewġ persuni li kienu mirdumin, instabu ħajjin.