Fl-aħħar sigħat, 3 persuni fiequ mill-Coronavirus f’pajjiżna, u 15-il persuni oħra rriżultaw fil-pożittiv għal dan il-virus.
It-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 468. Il-każijiet attivi bħalissa huma 125.
Il-każijiet ġodda rriżultaw minn fost 1,358 test.
Minn mindu bdiet din il-pandemija b’kollox saru 56,224 test.