Fl-aħħar 24 siegħa, 3 persuni fiequ mill-Coronavirus f’pajjiżna, u persuna oħra rriżultat fil-pożittiv għal dan il-virus.
It-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 476. Il-każijiet attivi bħalissa huma 128.
Il-każijiet ġodda rriżultaw minn fost 1,301 test.
Minn mindu bdiet din il-pandemija b’kollox saru 60,812 test.