Fiequ tliet pazjenti mill-Coronavirus. Dan ħabbru l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet tard il-Ħadd filgħaxija.
It-tliet persuni li fiequ huma tifla ta’ 12-il sena, raġel ta’ 55 sena, u tfajla ta’ 23 sena.
Dawn iridu jagħmlu 15-il ġurnata oħra kwarantina biex jaċċertaw li qabel joħorġu u jiltaqgħu ma’ nies oħra, ma jkunux infettiv.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, spjega wkoll li fil-jiem li ġejjin mistennija jfiequ aktar pazjenti.