Tliet pakketti bil-kannabis ġew interċettati mill-uffiċjali tad-Dwana fil-Malta Post.
L-ewwel pakkett wasal mill-Olanda u fih kellu żewġ kilogrammi u nofs ta’ kannabis u l-pulizija komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom fejn numru ta’ persuni ttellgħu l-Qorti.
It-tieni u t-tielet pakketti kellhom kunsinna żgħira li waslu mir-Renju Unit. Dawn il-pakketti bħalissa qegħdin jiġu investigati mill-pulizija ta’ kontra d-droga.
Il-preżenza tal-uffiċjali fl-uffiċini tal-Malta Post qed isservi tajjeb biex jiġu interċettati numru ta’ illegalitajiet.
Fil-fatt l-interċettar ta’ illegalitajiet mis-servizz postali żdiedu drastikament. Fost oħrajn matul is-sena nstabu numru ta’ sustanzi illeċiti, flejjes foloz, u oġġetti foloz.