Minn stħarriġ li sar fost residenti Slimiżi rriżulta li 72% tagħhom, jew kważi tlieta minn kull erbgħa, huma favur l-iskema ta’ parkeġġ għar-residenti li qed jipproponi il-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalità.
F’Mejju tal-2013, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema introduċa skema ta’ parkeġġ għar-residenti, skont regolamenti stipulati minn Transport Malta. Iżda din ma kelliex ħajja twila hekk kif ġiet sospiża fil-bidu ta’ Ġunju bil-Ministeru tat-Trasport jistqarr li se jirrevedi l-iskema.
L-istħarriġ, li sar mill-MISCO, intbagħat lill-Prim Ministru u l-Ministru tat-Trasport. Jekk il-Kunsill ma jingħatax widen, mistenni jieħu azzjoni legali kontra il-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastrutta għar-ruġuni, li fi kliemhom, ir-residenti Slimiżi qed jiġu diskriminati.