Saħħet Bjorn Formosa dan l-aħħar ma kinitx mill-aħjar. Tliet ijiem ilu kiteb li dalwaqt jagħlaq tletin u ma jafx jekk din hix se tkun l-aħħar sena ta’ ħajtu. Madanakollu stqarr li għandu tieġ pjanat, u minkejja ż-żminijiet diffiċli, se jibqa’ jimbotta bit-tama li tinstab kura li tgħin nies oħra.
U d-data tat-tieġ żvelaha dan l-aħħar sigħat: is-Sibt tlieta ta’ Diċembru li ġej se jiżżewweġ lill-għarusa tiegħu Maria Muscat.
Nhar il-21 ta’ Settembru ktibna dwar l-intenzjoni ta’ din il-koppja, li saret magħrufa minħabba l-mod li bih Bjorn qed jissielet kontra l-ALS u qed jgħin biex titqajjem kuxjenza dwar il-kundizzjoni.
![bjorn-maria](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/BJORN-MARIA.jpg)
![bjorn-2](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/10/BJORN-2.jpg)