Raġel ta’ tmienja u għoxrin sena mill-Gambja qed jinżamm arrestat wara sejba ta’ droga suspettata ħaxixa tal-kannabis fir-residenza tiegħu fil-Gżira.
Kien dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja meta waqt spezzjonijiet fil-Ħamrun mill-Pulizija, twaqqfu żewġt irġiel li rriżulta li ma kellhomx dokumenti ta’ identifikazzjoni fuqhom.
Għalhekk l-uffiċjali akkumpanjaw lill-irġiel fir-residenzi tagħhom biex jikkonfermaw l-identità mad-dokumenti tagħhom.
Minn tfittxija f’wieħed mill-appartamenti tal-irġiel instabu oġġetti li allegatament jintużaw fl-użu l-bejgħ tad-droga, sejba ta’ droga suspettata ħaxixa tal-kannabis, bi ftit mid-droga f’boroż żgħar allegatament lesta biex tinbiegħ.