F’Malta bħalissa dawk li huwa mċaħħda mill-aktar affarijiet bażiċi naqqsu b’29,000 persuna meta mqabbel mas sena-2013. Dan qalitu stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn ikkonfermaw ukoll dak li qal il-Fond Monetarju Internazzjonali.
Din ir-rata hija l-anqas figura li qatt giet irregistrata f’Malta minn mindu bdiet tinġabar din l-istatistika. Dawn l-aħħar figuri qed juru ċar u tond li mill-aħħar Gvern Nazzjonalista dawn in-nies naqqsu b’25,000. Rata li hija ferm aktar baxxa minn dik li hemm fil-kumplament tal-pajjiżi Ewropej.
Dawn iċ-ċifri juru li l-persentagg ta’ dawn il-persuni fost il-popolazzjoni Maltija kien ta’ 3 fil-mija, tnaqqis ta’ 600 persuna fuq is-sena l-oħra. Bħalissa hawn ftit aktar minn 14,000 persuna li tinsab imċaħħda materjalment meta fl-elfejn u tlettax din il-figura kienet tammonta għal għaxra fil-mija tal-popolazzjoni ekwivalenti għal 43,000 persuna.
Ir-rata ta’ ċaħda materjali severa f’Malta illum hija biss terz ta’ dik li kienet fl-2013 u hija n-nofs tal-medja fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ pajjiżna issa hija fost l-anqas fl-Ewropa u qrib hafna ta’ rati registrati f’pajjiżi fl-Ewropa, bħad-Danimarka, l-Olanda u l-Finlandja.
L-istess ċifri jindikaw ukoll li kien hemm żieda żgħira fl-għadd ta’ persuni li jħossuhom mċaħħda materjalment. Ir-rata żdiedet b’0.7 fil-mija biex issa din il-figura hija n-nofs ta’ kemm kienet bejn l-2012 u l-2014 meta dak iż-żmien kienet fl-ogħla livelli li qatt kienet.